it-tabib ta' billejl - djun lyrics
nitfi s*sigarett
u nidħol lura fis*swali
riħa ta’ mediċina
u materja fekali
isma waħda dott
għandna bżonnok urġenti
kien hawn xi inċident
u deħlin il*pazjenti
kristu jħares mill*inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t*tmiem
iżda hawnhekk il*mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien
is*sinjali mhux tajbin
naħseb dan se nitilfuh
kif inħoss il*polz imajna
nintebaħ li qabadni l*ġuħ
l*anastetista ħelwa
għandha xagħra lewn id*deheb
xi darba rrid ngħidilha
tiġi miegħi għal kafe
kristu jħares mill inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t*tmiem
iżda hawnhekk il*mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien
naf li għad xi darba
f’dik is*sodda jkun hemm jien
jaf ma baqax ħafna
iżda nittama baqa ż*żmien
u hekk kif tibqa toqrob
toqrob is*siegħa u il*ħin
b’tama ‘l fuq inħares
lejn wiċċ kristu ħanin
Random Song Lyrics :
- too much noise - sanjana lyrics
- so cool - semler lyrics
- rich junkie - tay b lyrics
- δεν θα χάσω άλλο χρόνο (den tha haso allo chrono) - konstantinos frantzis lyrics
- don’t kno u - trackmind lyrics
- living hell - u.d.o lyrics
- young voice of the holocaust - perc3ption lyrics
- inside the memories - alt. version - fear the clown lyrics
- oczka zmruż - zakopower lyrics
- que - cutieredd lyrics