lirikcinta.com
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

għal min twieled, għal min miet - djun lyrics

Loading...

fil*kexxun għad għandi d*domna
f’idejja għandi ponn irmied
minn taħt l*ilsien ngħid din it*talba
għal min twieled għal min miet

missieri qalli kulħadd jemmen
imma lura ħadd ma ġie
ommi qaltli jiġri x’jiġri
qalbi tħabbat tibqa għalik

ħarsu ‘l fuq lejn is*smewwiet
għal min twieled għal min miet
ħarsu ‘l fuq lejn is*smewwiet
għal min twieled għal min miet

fuq l*ixkaffa għad hemm l*istatwa
tas*sinjura u il*wild
minkejja dak kollu li għadda
xorta waħda qatt ma bkiet

mill*kexxun noħrog id*domna
inħoss il*piż tat*tifkiriet
mit*tieqa qiegħda tidħol żiffa
tisraqli minn idi l*irmied

ħarsu ‘l fuq lejn is*smewwiet
għal min twieled għal min miet
ħarsu ‘l fuq lejn is*smewwiet
għal min twieled għal min miеt

Random Song Lyrics :

Popular

Loading...