minjiera blu - brodu lyrics
kieku tafu kemm affarjiet sbieħ!
tidħol f’dan il*post u l*qalb tistrieħ
f’armonija kollox u kulħadd
ġnien tal*eden, ġenna fuq din l*art
kieku jkollkom ċans tiġu żżuruh
imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
b’garanzija li mit*tnejn sal*ħadd
tibdew tiġu dejjem bla kuntratt
tridu tdħlu minn ġo wied il*kbir
qabel jidlam, qabel dlam isir
minn faċċata taraw nieżla x*xemx
titfixklux għaliex triq oħra m’hemmx
fuq kull naħa siġar tal*ballut, ħanfus iswed, kokka, u xi qanfud
(is*) sensazzjoni kif taslu viċin, hi li bħal donnu waqaf il*ħin
hemm bokka fil*blat, ibqgħu deħlin
ħallu d*dalma, kalma ta’ dal*post tgħannaqkom ja ħelwin
itfu t*telecell, fil*minjiera blu!
evitaw id*distrazzjonijiet f’dal*post tant silenzjuż
il*faħam tal*ħajt ikanġi l*blu
jarmi dija kaħla illi twennes, tnessi kull dulur
jekk tibqgħu deħlin hemm għadira tfur
tfal, sireni u kull tip ta’ ħlejqa jgħixu ferħanin
din bejnietna, tmorru tgħidu ‘l ħadd!
għax it*tali li joqgħod fil*wied
għandu klieb feroċi b’nejbiet kbar
qegħdin għassa biex ma jersqux nies
madankollu jekk tiġu żżuruh, imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
dar*refuġju fil*minjiera blu m’hemm bħalu imkien
f’dan il*ħolqien terren
Random Song Lyrics :
- chale - 27ave lyrics
- ペンデュラム ビート (pendulum beat!) - super★dragon lyrics
- cry of the lost - embers in ashes lyrics
- emotions broken heart - sami haselzadeh lyrics
- if you were mine - inflake & haidi lyrics
- good night down in georgia - the dirty guv'nahs lyrics
- hon vet - lucas (swe) lyrics
- make love - gray lyrics
- & i'll be with you - charn lyrics
- essa noite - tristezanao, jet-o, ella lyrics