balzmu - brodu lyrics
balzmu, l*għażż balzmu mhux tartru
tħaddet ma’ min jaf sewwa xogħlu
għaliex b’li qed tgħidli se ġġibni ħażin għaġeb!
il*morali ħxewni. kemm nixtieq illi kont tifel imqareb
kissru! trid tkissru u tfarrku!
isħaqlu rasu b’għarqubek
ħadd m’hu se jlumek jekk tieqaf tieħu belgħa te
please għidli iva għax ma nafx kif nieħu l*le
inti bħax*xitwa, taqsamni fuq rkuptejk, iġġibni skjav taħt riġlejk
tħajjarni bi ftit mumenti ta’ xemx fietla, imbagħad, ix*xita u r*ragħad
tgħoddosni fil*griż, biss xorta lejk grat, għax iżżeffinni għada, iżżeffinni llum
ġewnaħ jiena, ġewnaħ inti u ninqatgħu mill*irdum
qatt mhu se nħallik tinbarax. jekk tingiref indewwik, jekk titnikket nagħtik faraġ
kebbes nar b’dil*fjamma qabеl tmut, u jaqa’ l*ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbеk, biex niflu l*kwiekeb, bil*ħoss kalm tal*baħar
tini li ngħix. tini li ngħix
stinka, trid taħdem, tistinka, biss inħoss li l*ferħ minn qalbi qed jiżvinta
għandi l*ġid u saqaf fuq rasi. nikteb id*diski biex forsi xi darba tagħti kasi
naqdef fl*inżul u fit*tlajja’. naqdef sa ma ngħajja. naqdef bla ma ħadd ma jġegħlni; minn rajja. u issa naf fejn irrid nasal, jekk nasal
nagħmel kuntrumbajsi biex tarani, inkanta biex tismagħni, qed inteptep id*dawl, innutani
biss forsi ntbaħt illi dal*flien difettuż, u tfajt ħarstek fuq ħaddieħor xi ftit iktar gustuż
għidtli “tkunx needy magħha. tkunx bħal imħara. qisek ħaddiem illi mejjet għas*sahra.”
“fre, din għalija impossibilta’. kif jista’ jkun? ma nafx nirreċta. minix attur”
jaf forsi nidher tajjeb, nidher sielem, nidher bniedem mingħajr gdiedem, nidher qisni xi iljun; qisni mario il*brikkun
‘mma jien biss selħa fil*ħajt tas*sejjieħ, u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
kebbes nar b’dil*fjamma qabel tmut, u jaqa’ l*ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbek, biex niflu l*kwiekeb, bil*ħoss kalm tal*baħar
tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix
Random Song Lyrics :
- darkness tremendous - sickrites lyrics
- is this actually on - joel plaskett lyrics
- losing sleep - lunar hand lyrics
- muspelheims härskare - grimner lyrics
- así soy feliz - los lataz lyrics
- miracle - purple rain (퍼플레인) lyrics
- cry - max kola lyrics
- dead men tell no tales - forgotten tales brotherhood lyrics
- slatt - fee gonzales lyrics
- spread my words - aidan vaughn lyrics